Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-31 ta’ Jannar 2008 – Il-Kummissjoni vs Spanja
(Kawża C‑32/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2001/84/KE – Drittijiet ta’ l-awtur – Dritt tal-bejgħ mill-ġdid għall-benefiċċju ta’ l-awtur ta’ xogħol oriġinali ta’ l-arti”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 10)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2001/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2001 dwar id-dritt tal-bejgħ mill-ġdid għall-benefiċċju ta’ l-awtur ta’ xogħol oriġinali ta’ l-arti (ĠU L 272, p. 32).
Dispożittiv
Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2001/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Settembru 2001, dwar id-dritt tal-bejgħ mill-ġdid għall-benefiċċju ta’ l-awtur ta’ xogħol oriġinali ta’ l-arti, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy