Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-8 ta’ Novembru 2007 – Il-Kummissjoni vs L-Italja
(Kawża C‑40/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2001/42/KE – Evalwazzjoni ta’ l-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 10)
2. Stati Membri – Obbligi – Implementazzjoni tad-direttivi – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Ġustifikazzjoni bbażata fuq is-sistema interna – Inammissibbiltà (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 12)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/42/KE tas-27 ta’ Ġunju 2001, dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU L 197, p. 30).
Dispożitif
1)
Billi ma ġabitx fis-seħħ, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/42/KE tas-27 ta’ Ġunju 2001, dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy