Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Lulju 2007 – Il-Kummissjoni vs Spanja
(Kawża C‑50/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2004/24/KE – Prodotti farmaċewtiċi – Prodotti mediċinali veġetali tradizzjonali – Kodiċi tal-Komunità – Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu stabbilit”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu. 226 KE) (ara punt 9)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jieħu, fit-terminu stabbilit, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li temenda, fir-rigward ta’ prodotti mediċinali veġetali tradizzjonali, id-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 136, p. 85).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottax, fit-terminu stabbilit, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li temenda, fir-rigward ta’ prodotti mediċinali veġetali tradizzjonali id-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond din id-Direttiva.
2)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa ordnat ibati l-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy