Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-6 ta’ Diċembru 2007– Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu
(Kawża C‑57/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2003/86/KE – Dritt għal riunifikazzjoni tal-familja – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 9)
2. Atti ta’ l-istituzzjonijiet - Direttivi - Implementazzjoni mill-Istati Membri (ara l-punt 10)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU L 251, p. 12).
Dispożittiv
Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy