Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) ta’ l-14 ta’ Frar 2008 – Il-Kummissjoni vs Spanja
(Kawża C-58/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2003/110/KE – Għajnuna f’każijiet ta’ tranżitu għal raġunijiet ta’ tneħħija bl-ajru – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-fondatezza mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 7)
2. Stati Membri – Obbligi – Implementazzjoni tad-direttivi – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Ġustifikazzjoni bbażata fuq is-sistema interna – Inammissibbiltà (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 8)
3. Atti ta’ l-istituzzjonijiet – Direttivi – Implementazzjoni mill-Istati Membri (Artikolu 249(3) KE) (ara l-punti 11, 13)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2003/110/KE, tal-25 ta’ Novembru 2003, fuq l-għajnuna f’każijiet ta’ tranżitu għal raġunijiet ta’ tneħħija bl-ajru (ĠU L 321, p. 26).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2003/110/KE, tal-25 ta’ Novembru 2003, fuq l-għajnuna f’każijiet ta’ tranżitu għal raġunijiet ta’ tneħħija bl-ajru, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy