Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Novembru 2007 – Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C 59/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2003/109/KE – Status ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
1. Atti ta’ l-istituzzjonijiet – Direttivi – Eżekuzzjoni mill-Istati Membri (It-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 249, KE) (ara l-punt 19)
2. Stati Membri – Obbligi – Implementazzjoni tad-direttivi – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Ġustifikazzjoni bbażata fuq is-sistema nazzjonali – Inammissibbiltà (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 22)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE, tal-25 ta’ Novembru 2003, dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (ĠU L 16, p. 44)
Dispożittiv
1)
Billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE, tal-25 ta’ Novembru 2003, dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul, ir-Renju ta’ Spanja naqas mill-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy