Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tat-8 ta’ Novembru 2007 – Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Ċeka
(Kawża C-60/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2004/33/KE – Ħtiġiet tekniċi tad-demm u tal-komponenti tad-demm – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara punt 9)
2. Stati Membri – Obbligi – Implementazzjoni tad-direttivi – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Ġustifikazzjoni bbażata fuq is-sistema interna – Inammissibbiltà (Artikolu 226 KE) (ara punt 11)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/33/KE, tat-22 ta’ Marzu 2004, li timplementa d-Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ċerti ħtiġiet tekniċi tad-demm u tal-komponenti tad-demm (ĠU L 91, p. 25)
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/33/KE, tat-22 ta’ Marzu 2004, li timplementa d-Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ċerti ħtiġiet tekniċi tad-demm u tal-komponenti tad-demm, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-Direttiva.
2)
Ir-Repubblika Ċeka hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy