Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ Lulju 2007 –
Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu
(Kawża C‑61/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Mekkaniżmu għall-monitoraġġ ta’ l-emissjonijiet ta’ gass serra – Implementazzjoni tal-Protokoll ta’ Kyoto”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 7)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas milli jikkomunika, fit-terminu preskritt, ir-rapport bl-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li tikkonċerna l-mekkaniżmu għall-monitoraġġ ta’ l-emissjonijiet ta’ gass serra tal-Komunità u biex jiġi implementat il-Protokoll ta’ Kyoto – Informazzjoni dwar il-miri nazzjonali għall-emissjonijiet ta’ gass serra u dwar il-miżuri li ttieħdu sabiex jiġu limitati u/jew imnaqqsa dawn l-emissjonijiet.
Dispożittiv
1)
Peress li ma kkomunikatx l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li tikkonċerna l-mekkaniżmu għall-monitoraġġ ta’ l-emissjonijiet ta’ gass serra tal-Komunità u biex jiġi implementat il-Protokoll ta’ Kyoto, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas mill-obbligi tiegħu skond din id-dispożizzjoni.
2)
Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat ibati l-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy