Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Marzu 2008 – Il-Kummissjoni vs Il-Greċja
(Kawża C‑81/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu ? Ambjent ? Direttiva 2000/59/KE ? Pjanijiet għall-akkoljenza [riċezzjoni] u t-trattament ta’ l-iskart tal-bastimenti”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-fondatezza mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 16)
2. Atti ta’ l-istituzzjonijiet – Direttivi – Implementazzjoni mill-Istati Membri –Ħtieġa li tkun assigurata l-effiċjenza tad-direttivi – Ħtieġa ta’ traspożizzjoni ċara u preċiża (Artikolu 249 KE) (ara l-punti 17, 19)
3. Ambjent – Skart – Direttiva 2000/59 – Skart iġġenerat mill-bastimenti u mill-fdalijiet tal-merkanzija (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/59, Artikolu 5(1) u (3)) (ara l-punti 20-21, 28 u d-dispożittiv)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Novembru 2000, dwar il-faċilitajiet ta’ akkoljenza [riċezzjoni] fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija – Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni (ĠU L 332, p. 81)
Dispożittiv
1)
Billi naqset milli tistabbilixxi, tadotta u tapprova l-pjanijiet għall-akkoljenza [riċezzjoni] u t-trattament ta’ l-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 5(1) u 16(1) tad-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Novembru 2000, dwar il-faċilitajiet ta’ l-akkoljenza [riċezzjoni] fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija.
2)
2) Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy