Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Diċembru 2008 – Il-Kummissjoni vs Il-Greċja
(Kawża C‑84/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 92/51/KEE – Rikonoxximent tal-kwalifiki – Studji mwettqa f’‘Ċentru ta’ studji Liberi’ li mhuwiex rikonoxxut bħala stabbiliment ta’ tagħlim mill-Istat Membru ospitanti – Ottiku”
1. Moviment liberu tal-persuni - Libertà ta’ stabbiliment - Ħaddiema - Rikonoxximent tal-kwalifiki - Direttiva 92/51 (Direttiva tal-Kunsill 92/51, Artikoli 1(a) u 3) (ara l-punti 27, 28, 46 u d-dispożittiv)
2. Moviment liberu tal-persuni - Libertà ta’ stabbiliment - Ħaddiema - Rikonoxximent tal-kwalifiki - Direttiva 92/51 (Direttiva tal-Kunsill 92/51, Artikolu 12) (ara l-punti 35-37, 46 u d-dispożittiv)
3. Moviment liberu tal-persuni - Libertà ta’ stabbiliment - Ħaddiema - Rikonoxximent tal-kwalifiki - Direttiva 92/51 (Direttiva tal-Kunsill 92/51, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(1)(b)) (ara l-punti 43-46 u d-dispożittiv)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikoli 3, 4(1)(b) u 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/51/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, dwar it-tieni sistema ġenerali għar-rikonoxximent tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali sabiex tiġi ssupplimentata d-Direttiva 89/48/KEE (ĠU L 209, p.25).
Dispożittiv
1)
Ir-Repubblika Ellenika,
– billi naqset milli tirrikonoxxi l-kwalifiki ta’ ottiku mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti Taljani wara taħriġ mogħti fil-kuntest ta’ ftehim li bih taħriġ mogħti fil-Greċja minn entità privata huwa rrikonoxxut minn dawn l-awtoritajiet;
– billi tissuġġetta l-eżami tal-applikazzjoni għal rikonoxximent ta’ kwalifiki Taljani ta’ ottiku għall-komunikazzjoni, mill-awtoritajiet Taljani, tar-risposta għal ħames domandi li l-awtoritajiet Elleniċi jkunu indirizzawlhom preċedentement, u
– billi ma ħallietx l-għażla bejn perijodu ta’ adattament u li jittieħed test tal-kapaċità lill-applikanti li ressqu applikazzjonijiet għal rikonoxximent ta’ kwalifiki Taljani ta’ ottiku qabel id-dħul fis-seħħ tal-Liġi 2916/2001 dwar l-istruttura tal-edukazzjoni universitarja jew simili u għar-regolazzjoni ta’ kwistjonijiet dwar is-settur teknoloġiku ta’ dan it-tagħlim,
naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 3, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(1)(b) u l-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/51/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, dwar it-tieni sistema ġenerali għar-rikonoxximent tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali sabiex tiġi ssupplimentata d-Direttiva 89/48/KEE, kif emendata bid-Direttiva 2001/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Mejju 2001.
2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy