Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2007 – Il-Kummissjoni vs L-Italja
(Kawża C‑85/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2000/60/KE – Artikoli 5(1) u 15(2) – Politika Komunitarja fil-qasam ta’ l-ilma – Distrett idrografiku – Rapport fil-qosor u ta’ analiżi – Komunikazzjoni – Nuqqas”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 13)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur ta’ l-Artikoli 5(1) u 15(2) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma (ĠU L 327, p. 1) - Nuqqas ta’ preżentazzjoni ta’ rapporti fil-qosor fuq l-analiżi mitluba skond l-Artikolu 5 f’dak li jikkonċerna ċerti distretti idrografiċi - Nuqqas ta’ twettiq ta’ l-analiżi u r-reviżjonijiet previsti mill-Artikolu 5(1) tad-direttiva.
Dispożittiv
Fir-rigward tad-distrett idrografiku pilota tas-Serchio u parti mid-distretti idrografiċi ta’ l-Alpi ta’ lvant, kif ukoll tat-tramuntana, taċ-ċentru u ta’ nofsinhar ta’ l-Appennini, u billi ma ppreżentatx rapport fil-qosor fuq l-analiżi mitluba skond l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma, kif jipprovdi l-Artikolu 15(2) ta’ din id-direttiva, u billi m’għamlitx l-analiżi u l-istudji msemmija fl-Artikolu 5(1) tagħha, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikoli 5(1) u 15(2) ta’ l-imsemmija direttiva.
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy