SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Seba’ Awla)
31 ta’ Jannar 2008
Kawża C-103/07 P
Angel Angelidis
vs
Il-Parlament Ewropew
“Appell – Uffiċjali – Rapport ta’ evalwazzjoni – Assessur uniku – Kundizzjonijiet – Konsultazzjoni mas-superjur ġerarkiku dirett preċedenti – Nuqqas ta’ bidla fl-assenjazzjoni – Motivazzjoni – Rikors għal annullament – Rikors għad-danni”
Suġġett : Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Diċembru 2006, Angelidis vs Il-Parlament (T-416/03, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors tar-rikorrent intiż, minn naħa, għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tiegħu għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2001, u min-naħa l-oħra, għall-ħlas ta’ kumpens għad-danni subiti kemm fir-rigward ta’ l-allegati irregolaritajiet fir-rapport ta’ evalwazzjoni in kwistjoni kif ukoll fir-rigward ta’ l-allegat fatt li dan ir-rapport dam ma ġie redatt.
Deċiżjoni L-appell huwa miċħud. A. Angelidis għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż tal-Parlament Ewropew.
Sommarju
1. Uffiċjali – Evalwazzjoni – Rapport ta’ evalwazzjoni – Redazzjoni – Sistema stabbilita mill-Parlament
(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 43)
2. Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-evalwazzjoni tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament
(Artikolu 225(1) KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 58)
Full & Egal Universal Law Academy