Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Diċembru 2007 – Il-Kummissjoni vs Franza
(Kawża C‑106/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2000/59/KE – Faċilitajiet fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija – Nuqqas ta’ ħolqien u ta’ implementazzjoni tal-pjanijiet ta’ akkoljenza u ta’ trattament ta’ l-iskart għall-portijiet kollha”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 16)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/59/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, dwar il-faċilitajiet ta’ l-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija (ĠU L 332, p. 81).
Dispożittiv
Billi ma ħolqotx u ma implementatx, fit-terminu previst, il-pjanijiet ta’ akkoljenza u ta’ trattament ta’ l-iskart għall-portijiet kollha tagħha, ir-Repubblika Franċiża naqset mill-obbligi tagħha skond l-Artikoli 5(1) u 16(1) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/59/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, dwar il-faċilitajiet ta’ l-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija.
Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy