Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ April 2008 – Ferrero Deutschland vs UASI
(Kawża C‑108/07 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 8(1)(b) – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali Komunitarja FERRO – Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark verbali nazzjonali preċedenti FERRERO – Prova tal-karattru distintiv tat-trade mark preċedenti”
1. Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 35-37)
2. Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l- punti 57-59)
Suġġett
Appell ippreżentat mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2006, Ferrero Deutschland vs UASI u Cornu (T-310/04) li għandha bħala suġġett rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI, tas-17 ta’ Marzu 2004 (Każ R 540/2002-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ferrero OHG mbH u Cornu SA Fontain – Interpretazzjoni ta’ l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta’ l-20 ta’ Diċembru 1993 (ĠU 1994, L 11, p.1) – Probabbiltà ta’ konfużjoni bejn żewġ trade marks – Livell medju ta’ xebh bejn it-trade marks – Xebh limitat bejn il-prodotti – Karattru distintiv tat-trade mark preċedenti.
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tal-15 ta’ Diċembru 2006, Ferrero Deutschland vs UASI – Cornu (FERRO) (T-310/04), hija annullata.
2)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord ta’ l-Appell ta’ l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-17 ta’ Marzu 2004 (Każ R 540/2002-4) hija annullata.
3)
L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u Cornu SA Fontain huma kkundannati għall-ispejjeż relattivi għall-appell.
4)
Ferrero Deutschland GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha relattivi għall-proċeduri fil-Prim’Istanza, bl-esklużjoni ta’ dawk relattivi għall-intervent ta’ Cornu SA Fontain.
5)
L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu relattivi għall-proċeduri fil-Prim’Istanza, bl-esklużjoni ta’ dawk relattivi għall-intervent ta’ Cornu SA Fontain.
6)
Cornu SA Fontain għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk relattivi għall-intervent tagħha sostnuti minn Ferrero Deutschland GmbH u mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Full & Egal Universal Law Academy