Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-29 ta’ Novembru 2007– Il-Kummissjoni vs L-Italja
(Kawża C‑112/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2004/80/KE – Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali – Kumpens għal vittmi ta’ delitti – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tal-perijodu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l- punt 6)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas ta’ adozzjoni, fit-terminu previst, tad-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE, tad-29 ta’ April 2004, li għandha x’taqsam ma’ kumpens għal vittmi ta’ delitti (ĠU L 261, p. 15)
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex tikkonforma ruħha mad- Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE, tad-29 ta’ April 2004, li għandha x’taqsam ma’ kumpens għal vittmi ta’ delitti, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy