Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2007 – Il‑Kummissjoni vs Ir-Repubblika Ċeka
(Kawża C‑114/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Kodiċi Komunitarju dwar il-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem – Direttiva 2004/24/KE – Prodotti mediċinali veġetali tradizzjonali – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 7)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li temenda, fir-rigward ta’ prodotti mediċinali veġetali tradizzjonali, id-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 136, p. 85).
Dispożittiv
Billi ma adottatx, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2004/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li temenda, fir-rigward ta’ prodotti mediċinali veġetali tradizzjonali, id-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond din id-direttiva.
Ir-Repubblika Ċeka hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy