Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Frar 2008 – Il-Kummissjoni vs L-Irlanda
(Kawża C‑211/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Traspożizzjoni żbaljata – Direttiva 84/5/KEE – Artikolu 1(4) – Assigurazzjoni obbligatorja kontra r-responsabbiltà ċivili tal-vetturi bil-mutur – Kundizzjonijiet għall-esklużjoni tal-kumpens tal-passiġġieri f’vettura bil-mutur mhux assigurata”
Approssimazzjoni tal-liġijiet - Assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili tal-vetturi bil-mutur - Direttiva 84/5 (Direttiva tal-Kunsill 84/5, it-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 1(4)) (ara l-punt 14)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur ta’ l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 84/5/KEE: It-Tieni Direttiva tal-Kunsill tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU L 8, p. 17) – Kumpens għad-danni kkawżati minn vetturi bil-mutur mhux assigurati biżżejjed – Kundizzjonijet għall-esklużjoni li jmorru lil hinn minn dawk previsti mid-direttiva.
Dispożittiv
1) Billi żammet fis-seħħ l-Artikolu 5(2) u (3) tal-ftehim dwar l-assigurazzjoni tal-vetturi bil-mutur (Motor Insurance Agreement), iffirmat fil-31 ta’ Mejju 2004, bejn il-Ministru tat-Trasport Irlandiż u l-Motor Insurers’ Bureau of Ireland, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond it-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur.
2) L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy