Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-8 ta’ Mejju 2008 – Il-Kummissjoni vs Il-Portugall
(Kawża C-233/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ambjent – Direttiva 91/271/KEE – Trattament tal-ilma urban mormi – Deċiżjoni 2001/720/KE – Deroga dwar it-trattament ta’ ilma urban mormi mill-agglomerazzjoni tal-kosta ta’ Estoril – Ksur tal-Artikoli 2, 3 u 5 tal-imsemmija deċiżjoni”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-fondatezza mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 31)
2. Stati Membri – Obbligi – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Ġustifikazzjoni bbażata fuq diffikultajiet tekniċi – Inammissibbiltà (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 33)
3. Ambjent – Trattament tal-ilma urban mormi – Direttiva 91/271 – Derogi (Direttiva tal-Kunsill 91/271; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/720, Artikoli 2, 3 u 5) (ara l-punti 41, 47-56)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur tal-Artikoli 2, 3 u 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-8 ta’ Ottubru 2001, li tagħti deroga lill-Portugall dwar it-trattament ta’ ilma urban mormi mill-agglomerazzjoni tal-kosta ta’ Estoril (ĠU L 269, p. 14).
Dispożittiv
1)
Ir-Repubblika Portugiża,
2)
billi ma ssuġġettatx, matul l-istaġun tal-għawm, l-ilma urban mormi mill-agglomerazzjoni tal-kosta ta’ Estoril għall-inqas għal trattament primarju avvanzat u għal proċess ta’ diżinfezzjoni qabel ma jintrema fil-baħar, skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/720/KE, li tagħti deroga lill-Portugall dwar it-trattament ta’ ilma urban mormi mill-agglomerazzjoni tal-kosta ta’ Estoril;
3)
billi ma ssuġġettatx, barra mill-istaġun tal-għawm, l-ilma urban mormi mill-imsemmija agglomerazzjoni, għall-inqas għal trattament primarju qabel ma jintrema, skont l-Artikolu 3 ta’ din id-deċiżjoni, u
4)
billi ppermettiet li l-iskariki ta’ ilma urban mormi minn din l-agglomerazzjoni jikkawżaw ħsara lill-ambjent,
5)
naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2, 3 u 5 ta’ din id-deċiżjoni.
6)
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy