Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2007 – Il-Kummissjoni vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-244/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2004/50/KE – Interoperabbiltà tas-sistema trans-Ewropea dwar ferroviji ta’ veloċità kbira u tas-sistema trans-Ewropea dwar ferroviji konvenzjonali – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 9)
2. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Natura oġġettiva (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 10)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji biex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li temenda d-Direttiva 96/48/KE dwar l-interoperabbiltà tas-sistema trans-Ewropea dwar ferroviji ta’ veloċità kbira u d-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabbiltà tas-sistema trans-Ewropea dwar ferroviji konvenzjonali (ĠU L 164, p. 114).
Dispożittiv
Billi ma daħħalx fis-seħħ, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li temenda d-Direttiva 96/48/KE dwar l-interoperabbiltà tas-sistema trans-Ewropea dwar ferroviji ta’ veloċità kbira u d-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabbiltà tas-sistema trans-Ewropea dwar ferroviji konvenzjonali, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas li jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy