Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Diċembru 2008 – Il‑Kummissjoni vs Il-Pajjiżi l-Baxxi
(Kawża C‑249/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Artikoli 28 KE u 30 KE – Direttiva 92/43/KE – Miżura li għandha effett ekwivalenti – Awtorizzazzjoni minn qabel għat-tkabbir fl-ilma ta’ gajdri u molluski ta’ speċi indiġeni li joriġinaw minn Stati Membri oħra – Ġustifikazzjoni – Protezzjoni tal-ħajja tal-annimali – Żamma tal-bijodiversità u konservazzjoni tal-ispeċi tal-ħut fl-interess tas-sajd”
1. Ambjent - Konservazzjoni tal-habitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa - Direttiva 92/43 - Ħarsien tal-ispeċi (Direttiva tal-Kunsill 92/43, Artikoli 12(1) u 22(b)) (ara l-punti 31, 34-37)
2. Moviment liberu tal-merkanzija - Restrizzjonijiet kwantitattivi - Miżuri li għandhom effett ekwivalenti (Artikoli 28 KE u 30 KE) (ara l-punti 25-28, 43-46, 51-56)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur tal-Artikoli 28 KE u 30 KE – Sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għat-tkabbir fl-ilma, mal-kosta Olandiża, ta’ gajdri u molluski li joriġinaw minn Stati Membri oħra.
Dispożittiv
1)
Billi stabbilixxa sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għat-tkabbir fl-ilma, mal-kosta Olandiża, ta’ gajdri u molluski li joriġinaw legalment minn Stati Membri oħra u li jagħmlu parti mill-ispeċi indiġeni tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi naqas milli josserva l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 28 KE u 30 KE.
2)
Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy