Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2007 – Il-Kummissjoni vs L-Iżvezja
(Kawża C-257/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2004/17/KE – Koordinazzjoni tal-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta’ l-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 8)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/17/KE, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta’ l-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (ĠU L 134, p.1).
Dispożittiv
Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/17/KE, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta’ l-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali, ir-Renju ta’ l-Iżvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
Ir-Renju ta’ l-Iżvezja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy