Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-6 ta’ Diċembru 2007 – Il‑Kummissjoni vs L-Iżvezja
(Kawża C-258/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2004/18/KE – Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu –Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l- punt 8)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas ta’ adozzjoni, fit-terminu previst, tad-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU L 134, p.114)
Dispożittiv
Billi ma adottax fit-terminu previst il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi, ir-Renju ta’ l-Iżvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond din id-direttiva.
Ir-Renju ta’ l-Iżvezja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy