Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-31 ta’ Jannar 2008 – Il-Kummissjoni vs L-Iżvezja
(Kawża C‑259/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2005/51/KE – Kuntratti pubbliċi – Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
Stati Membri - Obbligi - Implementazzjoni tad-direttivi - Nuqqas mhux ikkontestat (Artikolu 226 KE) (ara l-punti 8-10 u d-dispożittiv)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/51/KE tas-7 ta’ Settembru 2005 li temenda l-Anness XX tad-Direttiva 2004/17/KE u l-Anness VIII tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament u tal-Kunsill dwar il-kuntratti pubbliċi (ĠU L 257, p. 127).
Dispożittiv
Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/51/KE tas-7 ta’ Settembru 2005 li temenda l-Anness XX tad-Direttiva 2004/17/KE u l-Anness VIII tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament u tal-Kunsill dwar il-kuntratti pubbliċi, ir-Renju ta’ l-Iżvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-imsemmija direttiva.
Ir-Renju ta’ l-Iżvezja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy