Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-29 ta’ Novembru 2007 –
Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu
(Kawża C‑263/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Traspożizzjoni żbaljata – Direttiva 96/61/KE – Artikolu 9(4) – Artikolu 13(1) – Anness I – Prevenzjoni u kontroll integrat tat-tniġġis – Kunċetti ta’ rikors għall-‘aħjar tekniki disponibbli’ u ta’ ‘kunsiderazzjoni mill-ġdid perjodikament tal-kundizzjonijiet tal-permess’”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-fondatezza mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 14)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Traspożizzjoni żbaljata ta’ l-Artikoli 9(4) u 13(1) kif ukoll ta’ l-Anness 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE, ta’ l-24 ta’ Settembru 1996, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis (ĠU L 257, p.26) – Kunċetti ta’ rikors għall-“aħjar tekniki disponibbli” u “kunsiderazzjoni mill-ġdid perjodikament” tal-kundizzjonijiet tal-permess.
Dispożittiv
1)
Billi ma ttrasponiex korrettament l-Artikoli 9(4) u 13(1) kif ukoll l-Anness 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE, ta’ l-24 ta’ Settembru 1996, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond din id-Direttiva.
2)
Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy