Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-31 ta’ Jannar 2008 – Il-Kummissjoni vs Il-Greċja
(Kawża C‑264/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2000/60/KE – Protezzjoni u mmaniġġjar ta’ l-ilma – Nuqqas ta’ twettiq ta’ l-analiżi previsti – Nuqqas ta’ komunikazzjoni tar-rapporti fil-qosor mitluba”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 10)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur ta’ l-Artikoli 5(1) u 15(2) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/60/KE tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma (ĠU L 327, p. 1) – Nuqqas ta’ preżentazzjoni tar-rapporti fil-qosor fuq l-analiżi meħtieġa skond l-Artikolu 5 fir-rigward ta’ ċerti distretti idrografiċi – Nuqqas ta’ twettiq ta’ l-analiżi u ta’ l-studji previsti mill-Artikolu 5(1) tad-direttiva
Dispożittiv
Billi ma wettqitx, għal kull distrett idrografiku fit-territorju tagħha, analiżi tal-karatteristiċi tiegħu, studju ta’ l-impatt ta’ l-attivitajiet tal-bniedem fuq l-istat ta’ l-ilmijiet tal-wiċċ u fuq l-ilmijiet ta’ taħt l-art kif ukoll analiżi ekonomika ta’ l-użu ta’ l-ilma, skond l-istruzzjonijiet tekniċi previsti fl-Annessi II u III tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/60/KE tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva u, billi ma ppreżentatx ir-rapporti fil-qosor rigward l-analiżi meħtieġa skond din id-dispożizzjoni, hija naqset ukoll milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 15(2) ta’ l-imsemmija direttiva.
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy