Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ Mejju 2008 – Il-Kummissjoni vs Il-Belġju
(Kawża C‑271/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 96/61/KE – Prevenzjoni u kontroll integrat tat-tniġġis – Traspożizzjoni inkompleta u inkorretta”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-fondatezza mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 13)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Traspożizzjoni parzjali, inkorretta jew ineżistenti tal-Artikolu 2(2), (3), (4), (5), (6), (7), (9), (10) u (11), l-Artikolu 3, l-Artikolu 5, l-Artikolu 6(1), l-Artikolu 8, l-Artikolu 9(3), (4), (5) u (6), l-Artikolu 10, l-Artikolu 12(2), l-Artikolu 13(1) u (2), l-Artikolu 14, l-Artikolu 17(2), u l-Annessi I u IV tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE tal-24 ta’ Settembru 1996 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis (ĠU L 257, p.26) – Nuqqas ta’ qbil bejn il-kamp ta’ applikazzjoni materjali tal-miżuri ta’ traspożizzjoni u dak tad-direttiva – Setgħa diskrezzjonali wiesgħa wisq mogħtija lill-awtoritajiet reġjonali f’dak li jikkonċerna l-permessi ta’ tħaddim u ċ-ċirkustanzi li fihom kunsiderazzjoni mill-ġdid u/jew aġġornament tal-kundizzjonijiet tal-permess għandhom isiru.
Dispożittiv
1)
Billi ttraspona parzjalment jew inkorrettament l-Artikolu 2(2) sa (7) u (9) sa (11), l-Artikolu 3, l-Artikolu 5, l-Artikolu 6(1), l-Artikolu 8, l-Artikolu 9(3) sa (6), l-Artikolu 10, l-Artikolu 12(2), l-Artikolu 13(1) u (2) u l-Artikolu 14 kif ukoll l-Annessi I u IV tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE tal-24 ta’ Settembru 1996 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy