Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2007 – Il-Kummissjoni vs Il-Portugall
(Kawża C‑284/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2005/51/KE – Kuntratti pubbliċi – Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 8)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/51/KE, tas-7 ta’ Settembru 2005, li temenda l-Anness XX tad-Direttiva 2004/17/KE u l-Anness VIII tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ix-xiri pubbliku [kuntratti pubbliċi] (ĠU L 257, p. 127)
Dispożittiv
Billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/51/KE, tas-7 ta’ Settembru 2005, li temenda l-Anness XX tad-Direttiva 2004/17/KE u l-Anness VIII tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ix-xiri pubbliku [kuntratti pubbliċi], ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy