Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It‑Tieni Awla) tat-23 ta’ April 2009 – Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju
(Kawża C‑287/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Kuntratti pubbliċi – Direttiva 2004/17/KE – Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tal-posta – Traspożizzjoni inkorretta jew inkompleta – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
1. Atti tal-istituzzjonijiet - Direttivi - Implementazzjoni mill-Istati Membri (Artikolu 249 KE) (ara l‑punti 67-69)
2. Atti tal-istituzzjonijiet - Direttivi - Implementazzjoni mill-Istati Membri – Neċessità ta’ traspożizzjoni ċara u preċiża (Artikolu 249 KE) (ara l‑punt 98)
3. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l‑punt 187)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 19)
Dispożittiv
1)
Ir-Renju tal-Belġju,
– billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jittrasponi b’mod komplet u korrett l-Artikolu 1(2)(b), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu (1)(2)(ċ), u l-Artikolu 1(2)(d), u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(2)(13), l-Artikolu 14(4), l-Artikolu 17(10)(a) u (ċ), l-Artikolu 34(8), l-Artikolu 36(2), l-Artikolu 39(2), l-Artikolu 45(1) u (3)(a) u (ċ), l-Artikolu 48(1) sa (4) u (6)(ċ), it-tieni inċiż tal-Artikolu 49(2), u l-Artikolu 49(3) sa (5), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 50(1)(ċ), l-Artikolu 52(1), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 57(1)(d) u (e), u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 57(3), kif ukoll l-Artikolu 65(2) tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordisna l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali, u
– billi naqas milli jadotta, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikoli 9, 34(2), 52(3), u t-tieni sentenza tal-Artikolu 57(3) tad-Direttiva 2004/17,
naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont din id-direttiva.
2)
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy