Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ Lulju 2008 – Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C‑307/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 89/48/KEE – Rikonoxximent ta’ diplomi ta’ edukazzjoni ogħla mogħtjia mal-ikkompletar ta’ edukazzjoni u taħriġ professjonali ta’ mill-inqas tliet snin – Nuqqas ta’ rikonoxximent ta’ diplomi ta’ aċċess għall-professjoni ta’ spiżjar fil-bioloġija medika – Nuqqas ta’ traspożizzjoni”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 20)
2. Moviment liberu tal-persuni – Libertà ta’ stabbiliment – Ħaddiema – Rikonoxximent ta’ diplomi ta’ edukazzjoni ogħla mogħtjia mal-ikkompletar ta’ edukazzjoni u taħriġ professjonali ta’ mill-inqas tliet snin – Kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 89/48 (Direttiva tal-Kunsill 89/48) (ara l-punti 18, 22 u d-dispożittiv)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta’ diplomi ta’ edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta’ mill-inqas tliet snin (ĠU 1989, L 19, p. 16) għal dak li jikkonċerna l-professjoni ta’ spiżjar speċjalizzat fil-bioloġija medika.
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx il-miżuri neċessarji sabiex tittrasponi d-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta’ diplomi ta’ edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta’ mill-inqas tliet snin, kif emendata bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/19/KE, għal dak li jikkonċerna l-professjoni ta’ spiżjar speċjalizzat fil-bioloġija medika, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-imsemmija direttiva.
2)
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy