Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Lulju 2008 – Il-Kummissjoni vs L-Awstrija
(Kawża C‑311/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 89/105/KEE – Inklużjoni tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistemi nazzjonali ta’ assigurazzjoni tas-saħħa – Artikolu 6(1) – Lista tal-prodotti mediċinali koperti mis-sistema nazzjonali ta’ assigurazzjoni tas-saħħa li tistabbilixxi tliet kategoriji distinti mill-perspettiva tal-kundizzjonijiet għal rimbors – Terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar applikazzjoni għall-inklużjoni ta’ prodott mediċinali fil-kategoriji ta’ din il-lista li joffru l-iktar kundizzjonijiet vantaġġjużi għal rimbors”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 26)
2. Approssimazzjoni tal-liġijiet – Prodotti farmaċewtiċi – Direttiva 89/105 – Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem – Talba għar-reġistrazzjoni ta’ prodott mediċinali fuq il-lista ta’ prodotti mediċinali koperti mis-sistema nazzjonali ta’ assigurazzjoni tas-saħħa (Direttiva tal-Kunsill 89/105, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6(1)) (ara l-punti 33-39)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/105/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988, dwar it-trasparenza ta’ miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna u li jkunu parti mill-pjan ta’ sistemi nazzjonali ta’ assigurazzjoni tas-saħħa (ĠU L 40, p. 8) – Leġiżlazzjoni nazzjonali fuq is-sigurtà soċjali li tistabbilixxi lista ta’ prodotti mediċinali koperti mis-sistema ta’ assigurazzjoni tas-saħħa li fiha tliet kategoriji ta’ prodotti mediċinali li huma distinti mill-perspettiva tal-kundizzjonijiet għal rimbors – Nuqqas li tistabbilixxi terminu li jikkorrispondi għal dak previst fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 89/105/KEE għad-deċiżjonijiet dwar l-inklużjoni tal-prodotti mediċinali fl-iktar kategoriji vantaġġjużi.
Dispożittiv
1)
Billi ma pprovdiet għall-ebda terminu skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/105/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988, dwar it-trasparenza ta’ miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna u li jkunu parti mill-pjan ta’ sistemi nazzjonali ta’ assigurazzjoni tas-saħħa, għall-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet għall-inklużjoni ta’ prodotti mediċinali fit-taqsima safra jew fit-taqsima ħadra tal-kodiċi ta’ rimbors tal-prodotti mediċinali previst fil-Liġi ġenerali fuq l-assigurazzjoni soċjali (Allgemeines Sozialversicherungsgesetz), kif emendata bil-Liġi tal-2003 li timmodifika l-assigurazzjoni soċjali (Sozialversicherungs-Änderungsgesetz 2003), ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-dispożizzjoni.
2)
Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy