Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Marzu 2009 – Antartica vs UASI
(Kawża C‑320/07 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 8(5) – Rifjut ta’ reġistrazzjoni – Trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni NASDAQ – Sinjal figurattiv ‘nasdaq’ – Użu tat-trade mark preċedenti għal prodotti u servizzi allegatament offruti b’xejn – Profitt indebitu mill-karattru distintiv jew mill-fama tat-trade mark preċedenti – Pubbliku rilevanti”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni - Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(5)) (ara l-punti 48-51)
Suġġett
Appell ippreżentat mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Mejju 2007, Antartica vs UASI (T‑47/06), li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala infondat rikors ippreżentat mill-applikant għat-trade mark figurattiva “nasdaq” għal prodotti fil-klassijiet 9, 12, 14, 25 u 28, kontra d-Deċiżjoni R752/2004-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Diċembru 2005, li annullat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad l-oppożizzjoni magħmula mill-proprjetarju tat-trade marks verbali Komunitarji u nazzjonali “NASDAQ” għal prodotti fil-klassijiet 9, 16, 35, 36, 38 u 42 – Interpretazzjoni tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol 1, p. 146).
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Antartica Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy