Sentenza tal‑Qorti tal‑Ġustizzja (It‑Tieni Awla) tat‑23 ta’ April 2009 – Il‑Kummissjoni vs Il‑Greċja
(Kawża C‑331/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Leġiżlazzjoni dwar l‑għalf u l‑prodotti tal‑ikel – Regolament (KE) Nru 882/2004 – Nuqqas ta’ impjegati assenjati sabiex jaħdmu fid‑dipartimenti responsabbli għall‑kontrolli veterinarji”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Suġġett tal‑kawża – Determinazzjoni matul il‑proċedura prekontenzjuża – Adattament minħabba bdil fid‑dritt Komunitarju – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet (Artikolu 226 KE) (ara l‑punt 23)
2. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Proċedura prekontenzjuża – Suġġett (Artikolu 226 KE) (ara l‑punti 26, 27)
3. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Rikors kontra prassi amministrattiva li tikser id‑dritt Komunitarju – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet (Artikoli 10 KE, 211 KE u 226 KE) (ara l‑punti 32‑36)
4. Approssimazzjoni tal‑liġijiet – Kontroll uffiċjali tal‑għalf u l‑ikel (Regolament tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsill Nru 882/2004, Artikolu 4(2)(c)) (ara l‑punti 45, 46)
5. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal‑mertu mill‑Qorti tal‑Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl‑iskadenza tat‑terminu stabbilit mill‑opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l‑punt 47)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur tal‑Artikolu 4(2) tar‑Regolament (KE) Nru 882/2004 tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsill tad‑29 ta’ April 2004 dwar il‑kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l‑verifikazzjoni tal‑konformità mal‑liġi tal‑għalf u l‑ikel, mas‑saħħa tal‑annimali u mar‑regoli dwar il‑welfare tal‑annimali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil‑Malti, Kapitolu 3, Vol. 45, p.200) – Nuqqas ta’ impjegati assenjati sabiex jaħdmu fis‑servizzi responsabbli mill‑verifiki veterinarji.
Dispożittiv
1) Billi ma ħaditx il‑miżuri neċessarji kollha sabiex tirrimedja għan‑nuqqas ta’ impjegati assenjati sabiex jaħdmu fid‑dipartimenti responsabbli għall‑kontrolli veterinarji fil‑Greċja, ir‑Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l‑obbligi tagħha taħt l‑Artikolu 4(2)(ċ) tar‑Regolament (KE) Nru 882/2004 tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsill tad‑29 ta’ April 2004 dwar il‑kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l‑verifikazzjoni tal‑konformità mal‑liġi tal‑għalf u l‑ikel, mas‑saħħa tal‑annimali u mar‑regoli dwar il‑welfare tal‑annimali.
2) Il‑kumplament tar‑rikors huwa miċħud.
3) Ir‑Repubblika Ellenika hija kkundannata għall‑ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy