Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Mejju 2008 – Il-Kummissjoni vs L-Iżvezja
(Kawża C‑341/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2004/48/KE – Rispett tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
1. Stati Membri – Obbligi – Implementazzjoni ta’ direttivi – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu mhux ikkontestat (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 11)
2. Stati Membri – Obbligi – Implementazzjoni ta’ direttivi – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Ġustifikazzjoni bbażata fuq diffikultajiet ta’ interpretazzjoni – Inammissibbiltà (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 12)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas milli jadotta d-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU L 157, p. 45 u – rettifika – ĠU L 195, p. 16).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, ir-Renju tal-Iżvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Renju tal-Iżvezja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy