Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-17 ta’ Jannar 2008 – Il-Kummissjoni vs Il-Greċja
(Kawża C‑342/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2002/91/KE – Politika dwar l-enerġija – Ekonomija fl-enerġija – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l- punt 6)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas milli tadotta, fit-terminu previst, il-miżuri kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2002/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2002, dwar il-prestazzjoni ta’ l-enerġija tal-bini (ĠU L 1, p. 65).
Dispożittiv
Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u r-regoli amministrattivi meħtieġa sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2002/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2002, dwar il-prestazzjoni ta’ l-enerġija tal-bini, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy