Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-25 ta’ Settembru 2008 – Il-Kummissjoni vs L-Italja
(Kawża C-368/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2000/59/KE – Faċilitajiet ta’ riċezzjoni fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija – Nuqqas ta’ adozzjoni u ta’ implementazzjoni tal-pjanijiet ta’ riċezzjoni u ta’ trattament tal-iskart għall-portijiet kollha”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 12)
2. Atti tal-istituzzjonijiet – Direttivi – Implementazzjoni mill-Istati Membri – Neċessità li tiġi żgurata l-effikaċja tad-direttivi (Artikolu 249 KE) (ara l-punt 16)
3. Ambjent – Skart – Direttiva 2000/59 – Skart iġġenerat mill-bastimenti u fdalijiet mill-merkanzija (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/59, Artikoli 3(b), 5(1), u 16(1)) (ara l-punti 17-22 u d-dispożittiv)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Novembru 2000, dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza [ta’ riċezzjoni] fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija (ĠU L 332, p. 81).
Dispożittiv
1)
Billi naqset milli tfassal u tadotta, għal kull port Taljan, pjanijiet ta’ riċezzjoni u ta’ trattament tal-iskart, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 5(1) u 16(1) tad-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Novembru 2000, dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza [ta’ riċezzjoni] fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija.
2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy