Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is‑Sitt Awla) tat-2 ta’ April 2009 – Mebrom vs Il‑Kummissjoni
(Kawża C‑373/07 P)
“Appell – Protezzjoni tas-saff tal-ożonu – Importazzjoni ta’ methyl bromide fl-Unjoni – Rifjut ta’ allokazzjoni ta’ kwoti ta’ importazzjoni għas-sena 2005 – Aspettattivi leġittimi – Ċertezza legali”
1. Ambjent - Protezzjoni tas-saff tal-ożonu - Regolament Nru 2037/2000 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2037/2000, Artikoli 3, 4, 6 u 7) (ara l-punti 52-60)
2. Rikors għal annullament - Motiv (Artikolu 230 KE) (ara l-punti 72, 73)
3. Proċedura - Distinzjoni bejn provi u punti ta’ liġi (ara l-punt 80)
4. Appell - Aggravji - Motivazzjoni insuffiċjenti jew kontradittorja - Ammissibbiltà (ara l-punti 85, 106)
5. Appell - Aggravji (ara l-punti 86, 91-95, 99-102)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla), tat-22 ta’ Mejju 2007, Mebrom vs Il‑Kummissjoni (T‑216/05), li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħalal infondat rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni A(05)4338-D/6167, tal-11 ta’ April 2005, , li biha rrifjutat li talloka lir-rikorrenti kwoti ta’ importazzjoni ta’ methyl bromide fl-Unjoni Ewropea, skont l-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ Ġunju 2000, dwar sostanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 190) - Applikazzjoni żbaljata tad-dritt Komunitarju - Motivazzjoni insuffiċjenti - Ksur tal-Artikolu 220 KE.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Mebrom NV hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy