Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-8 ta’ Mejju 2008 – Il-Kummissjoni vs Il-Belġju (Kawża C‑392/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2005/19/KE – Sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għal mergers, diviżjonijiet, trasferimenti ta’ assi u skambji ta’ ishma li jikkonċernaw kumpanniji ta’ Stati Membri differenti – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-fondatezza mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu previst mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 7)
2. Stati Membri – Obbligi – Implementazzjoni ta’ direttivi – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Ġustifikazzjoni bbażata fuq is-sistema interna – Inammissibbiltà (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 9)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2005/19/KE, tas-17 ta’ Frar 2005, li temenda d-Direttiva 90/434/KEE dwar is-sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għal mergers, diviżjonijiet, trasferimenti ta’ assi u skambji ta’ ishma li jikkonċernaw kumpanniji ta’ Stati Membri differenti (ĠU L 58, p. 19).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2005/19/KE, tas-17 ta’ Frar 2005, li temenda d-Direttiva 90/434/KEE dwar is-sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għal mergers, diviżjonijiet, trasferimenti ta’ assi u skambji ta’ ishma li jikkonċernaw il-kumpanniji ta’ Stati Membri differenti, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy