Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Mejju 2009 – Waterford Wedgwood vs Assembled Investments (Proprietary) u UASI
(Kawża C‑398/07 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Trade mark figurattiva WATERFORD STELLENBOSCH – Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja WATERFORD – Rifjut ta’ reġistrazzjoni mill-Bord tal-Appell”
1. Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 35)
2. Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 225(1) KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 40, 41)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2007, Assembled Investments (Proprietary) vs UASI u Waterford Wedgwood (T‑105/05) li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza annullat id-Deċiżjoni R 240/2004-1 tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Diċembru 2004, li tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad l-oppożizzjoni magħmula mill-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja “WATERFORD” għal prodotti fil-klassijiet 3, 8, 11, 21, 24 u 34
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Waterford Wedgwood plc hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy