Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) ta’ l-1 ta’ April 2008 – Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu
(Kawża C‑417/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2004/36/KE – Sigurtà ta’ ajruplani ta’ pajjiżi terzi li jużaw ajruporti tal-Komunità – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Dritt ta’ azzjoni tal-Kummissjoni – Eżerċizzju diskrezzjonali (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 7)
2. Atti ta’ l-istituzzjonijiet – Direttivi – Implementazzjoni mill-Istati Membri – Bżonn ta’ traspożizzjoni ċara u preċiża (Artikolu 249 KE) (ara l-punt 10)
3. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-fondatezza mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 12)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar is-sigurtà ta’ ajruplani ta’ pajjiżi terzi li jużaw ajruporti tal-Komunità (ĠU L 143, p. 76).
Dispożittiv
1)
Peress li ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar is-sigurtà ta’ ajruplani ta’ pajjiżi terzi li jużaw ajruporti tal-Komunità, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
2)
Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy