Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Novembru 2008 – Il-Kummissjoni vs Efrosnyi Alexiadou
(Kawża C‑436/07 P)
“Appell – Klawżola ta’ arbitraġġ – Kuntratt li jikkonċerna proġett ta’ żvilupp ta’ teknoloġija għall-produzzjoni ta’ ġilda impermeabbli – Rimbors ta’ somom mħallsa bil-quddiem – Interessi”
Appell - Aggravji - Interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati ta’ klawżoli ta’ kuntratt li fih klawżola ta’ arbitraġġ (Artikolu 238 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 56; Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/169) (ara l-punti 18-26)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Lulju 2007, Il-Kummissjoni vs Alexiadou (T-312/05) li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors ibbażat fuq klawżola ta’ arbitraġġ intiż sabiex il-konvenuta tiġi kkundannata tirrimborsa l-ammont mħallas bil-quddiem mill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ kuntratt li jikkonċerna proġett ta’ żvilupp ta’ teknoloġija maħsuba għall-produzzjoni ta’ ġilda impermeabbli (Kuntratt G1ST-CT-2002-50227)
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej, tat-12 ta’ Lulju 2007, Il-Kummissjoni vs Alexiadou (T-312/05), hija annullata.
2)
Il-kawża hija rrinvijata lill-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej.
3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy