Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Novembru 2008 – Il-Kummissjoni vs L-Italja
(Kawża C‑437/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Kuntratti pubbliċi – Ippjanar u twettiq ta’ linja tat-tramm – Kuntratt pubbliku għal xogħlijiet – Għoti permezz ta’ proċedura intiża għall-għoti ta’ kuntratt ta’ xogħlijiet pubbliċi – Ksur tad‑Direttiva 93/37”
Approssimazzjoni tal-liġijiet - Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Direttiva 93/37 - Kamp ta’ applikazzjoni (Direttiva tal-Kunsill 93/37) (ara l-punti 29-38)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikoli 43 KE u 49 KE u tal-Artikoli 7 u 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/37/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkonċerna l‑koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet] (ĠU L 199, p. 54) - Ksur tal-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ nondiskriminazzjoni - Xogħlijiet pubbliċi mwettqin permezz ta’ “finanzjament ta’ proġett”.
Dispożittiv
1)
Peress li l-komun ta’ L’Aquila ta kuntratt pubbliku għal xogħlijiet dwar l‑ippjanar u t-twettiq ta’ linja tat-tramm fuq tajers għat-trasport pubbliku f’din il-belt permezz ta’ proċedura differenti minn dawk previsti għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet fid-Direttiva tal-Kunsill 93/37/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet], ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy