Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-11 ta’ Settembru 2008 – Il‑Kummissjoni vs L-Italja
(Kawża C‑447/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Artikolu 39 KE – Impjiegi fl-amministrazzjoni pubblika – Kaptani u uffiċjali (chief officer) fuq vapuri – Attribuzzjoni ta’ prerogattivi ta’ awtorità pubblika fuq il-vapur – Rekwiżit tan-nazzjonalità tal-Istat Membru fejn ikun irreġistrat il-vapur”
1. Moviment liberu tal-persuni – Derogi – Impjiegi fl-amministrazzjoni pubblika (Artikolu 39(4) KE) (ara l-punti 16, 18, 21 u d-dispożittiv)
2. Moviment liberu tal-persuni – Derogi – Ħarsien tal-ordni pubbliku, tas-sigurtà pubblika u tas-saħħa pubblika (Artikolu 39(3) KE) (ara l-punt 17 u d-dispożittiv)
3. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 23)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur tal-Artikolu 39 KE – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva l-impjiegi ta’ kaptan u ta’ chief officer fuq il-bastimenti kollha rreġistrati taħt il-bandiera ta’ dan l-Istat għaċ-ċittadini tiegħu.
Dispożittiv
1)
Billi fil-leġiżlazzjoni tagħha żammet ir-rekwiżit tan-nazzjonalità Taljana għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet ta’ kaptan u ta’ uffiċjal (chief officer) għall-vapuri kollha rreġistrati taħt il-bandiera Taljana, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 39 KE.
2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy