Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Frar 2009 – Il‑Kummissjoni vs Il-Polonja
(Kawża C‑475/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Taxxa fuq l-elettriku – Direttiva 2003/96/KE – L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 21(5) – Mument li fih tkun dovuta t-taxxa”
1. Proċedura - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali - Identifikazzjoni tas-suġġett tal-kawża - Sunt tal-motivi invokati - Formulazzjoni mhux ambigwa tat-talbiet tar-rikorrenti (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 38(1)(ċ)) (ara l-punti 43,44)
2. Atti tal-istituzzjonijiet - Direttivi - Implementazzjoni mill-Istati Membri - Ħtieġa ta’ traspożizzjoni ċara u preċiża (Artikolu 249 KE) (ara l-punt 49)
3. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Prova tan-nuqqas - Oneru tal-Kummissjoni - Traspożizzjoni insuffiċjenti jew inadegwata ta’ direttiva (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 54)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikolu 21(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405) – Mument li fih tkun dovuta t-taxxa fuq l-elettriku.
Dispożittiv
1) Billi naqset milli tikkonforma, fl-1 ta’ Jannar 2006, is-sistema tagħha ta’ tassazzjoni tal-elettriku, fir-rigward ta’ meta tkun dovuta t-taxxa fuq l-elettriku, mar-rekwiżiti tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 21(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2004/74/KE, tad-29 ta’ April 2004, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
2) Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy