Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2008 – Il-Kummissjoni vs Spanja
(Kawża C‑480/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2000/59/KE – Faċilitajiet ta’ riċezzjoni fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija – Nuqqas li jiżviluppa, jimplementa u japprova pjanijiet għar-riċezzjoni u għat-trattament tal-iskart għall-portijiet kollha”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 16)
2. Ambjent – Skart – Direttiva 2000/59 – Skart iġġenerat mill-bastimenti u fdalijiet mill-merkanzija (Artikolu 249 KE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/59, Artikolu 5(1)) (ara l-punti 17, 21-23)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur tal-Artikoli 5(1) u 16(1) tad-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Novembru 2000, dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza [ta’ riċezzjoni] fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija (ĠU L 332, p. 81) – Nuqqas milli jistabbilixxi u/jew jimplementa pjanijiet għar-riċezzjoni u għat-trattament tal-iskart għall-portijiet kollha li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-“Comunidades Autónomas”
Dispożittiv
1)
Billi naqas milli jiżviluppa, jimplementa jew japprova, għall-portijiet Spanjoli kollha, pjanijiet għar-riċezzjoni u għat-trattament tal-iskart, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 5(1) u 16(1) tad-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Novembru 2000, dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza [ta’ riċezzjoni] fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija.
2)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy