Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Jannar 2009 – Il‑Kummissjoni vs Il-Polonja
(Kawża C‑492/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2002/21/KE – Netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi – Kunċett ta’ ‘abbonat’”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Prova tan-nuqqas - Oneru tal-Kummissjoni - Preżentazzjoni ta’ elementi li juru n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Oneru tal-konfutazzjoni fuq l-Istat Membru konvenut (Artikolu 226 KE) (ara l- punti 17, 20)
2. Stati Membri - Obbligi - Missjoni ta’ sorveljanza fdata lill-Kummissjoni - Dmir tal-Istati Membri - Kooperazzjoni fl-investigazzjonijiet f'materji ta’ nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Obbligu ta’ notifika u ta’ informazzjoni (Artikoli 10 KE, 211 KE u 226 KE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/21, Artikolu 28(3)) (ara l-punti 17-19)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikolu 2(k) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]) (ĠU L 108, p. 33) – Definizzjoni ta’ abbonat.
Dispożittiv
1)
Billi ma ttrasponietx korrettament id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(k) tagħha, fir-rigward tad-definizzjoni tal-kunċett ta’ “abbonat”, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy