Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ Lulju 2008 – Il-Kummissjoni vs Is-Slovakkja
(Kawża C‑493/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jtwettaq obbligu – Direttiva 2002/22/KE – Artikolu 26(3) - Komunikazzjonijiet elettroniċi – Netwerks u servizzi – Numru uniku Ewropew għal sejħa ta’ emerġenza – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 11)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikolu 26(3) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU L 108, p. 51)
Dispożittiv
1)
Billi ma żguratx li l-impriżi li jużaw networks pubbliċi tat-telefon jipprovdu, sa fejn dan huwa teknikament possibbli, għas-sejħiet lin-numru uniku Ewropew għal sejħa ta’ emerġenza “112”, l-informazzjoni relatata mal-lokalizzazzjoni tal-persuna li qed iċċempel lill-awtoritajiet li jintervjenu fil-każ ta’ urġenza, ir-Repubblika Slovakka naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 26(3) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali).
2)
Ir-Repubblika Slovakka hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy