Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ Mejju 2009 – Il‑Kummissjoni vs Spanja
(Kawża C-516/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2000/60/KE – Qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma – Ħatra ta’ awtoritajiet kompetenti għad-distretti idrografiċi”
1. Ambjent - Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma - Direttiva 2000/60 (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/60, Artikoli 2, punt 15, u 3(2), (7) u (8)) (ara l-punti 31, 32, 39, 43, 48, 54, 62, 64)
2. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punti 36, 49, 56, 61)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikolu 3(2), (7) u (8) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 275).
Dispożittiv
1)
Billi ma ħatarx l-awtoritajiet kompetenti sabiex japplikaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, fir-rigward tal-Komunitajiet awtonomi ta’ Galicia, tal-País Vasco, tal-Andalucía, tal-Gżejjer Baleariċi u tal-Gżejjer Kanarji, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligu tiegħu taħt l-Artikolu 3(2),(7) u (8) ta’ din id-direttiva.
2)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy