Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Mejju 2009 – Il‑Kummissjoni vs Il-Portugall
(Kawża C‑530/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 91/271/KEE – Tniġġis u inkonvenjenzi – Trattament tal-ilma urban mormi – Artikoli 3 u 4”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punti 25, 54)
2. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Dritt tal-Kummissjoni li tippreżenta rikors - Eżerċizzju diskrezzjonali (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 29)
3. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Prova tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Oneru tal-Kummissjoni - Produzzjoni ta’ elementi li juru n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 32)
4. Ambjent - Trattament tal-ilma urban mormi - Direttiva 91/271 - Implementazzjoni mill-Istati Membri - Obbligu ta’ riżultat - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ dan l-obbligu - Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Ġustifikazzjoni bbażata fuq is-sistema interna - Inammissibbiltà (Artikolu 226 KE; Direttiva tal-Kunsill 91/271, Artikoli 3 u 4) (ara l-punt 55)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 26).
Dispożittiv
1)
Billi ma pprovdietx sistemi ta’ ġbir, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi, għall-agglomerazzjonijiet ta’ Bacia do Rio Uima (Fiães S. Jorge), ta’ Costa de Aveiro, ta’ Covilhã, ta’ Espinho/Feira, ta’ Ponta Delgada, ta’ Póvoa de Varzim/Vila do Conde kif ukoll ta’ Santa Cita u billi naqset milli tissuġġetta għal trattament sekondarju jew għal trattament ekwivalenti ieħor, skont l-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva, l-ilma urban mormi mill-agglomerazzjonijiet ta’ Alverca, ta’ Bacia do Rio Uima (Fiães S. Jorge), ta’ Carvoeiro, ta’ Costa de Aveiro, ta’ Costa Oeste, ta’ Covilhã, ta’ Liżbona, ta’ Matosinhos, ta’ Milfontes, ta’ Nazaré/Famalicão, ta’ Ponta Delgada, ta’ Póvoa de Varzim/Vila do Conde, ta’ Santa Cita, ta’ Vila Franca de Xira u ta’ Vila Real de Santo António, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 3 u 4 ta’ din id-direttiva.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy