Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Lulju 2008 – Il-Kummissjoni vs Il-Belġju
(Kawża C‑543/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2002/73/KE – Trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa – Aċċess għall-impjieg – Taħriġ professjonali u promozzjoni – Kundizzjonijiet tax-xogħol – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 9)
2. Stati Membri – Obbligi – Implementazzjoni tad-direttivi – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Ġustifikazzjoni bbażata fuq is-sistema interna – Inammissibbiltà (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 11)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/73/KE tat-23 ta’ Settembru 2002, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE dwar l-implementazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fir-rigward ta’ aċċess għall-impjieg, taħriġ professjonali u promozzjoni, u kundizzjonijiet tax-xogħol (ĠU L 296, p. 15).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/73/KE tat-23 ta’ Settembru 2002, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE dwar l-implement azzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fir-rigward ta’ aċċess għall-impjieg, taħriġ professjonali u promozzjoni, u kundizzjonijiet tax-xogħol, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy