Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Marzu 2009 – Il‑Kummissjoni vs Franza
(Kawża C‑556/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Politika komuni tas-sajd – Regolament (KE) Nru 894/97 – Għeżul tal-mitlaq – Kunċett – Xibka tas-sajd magħrufa bħala ‘tunnara’ – Projbizzjoni tas-sajd ta’ ċerti speċi – Regolament (KEE) Nru 2847/93 u (KE) Nru 2371/2002 – Nuqqas ta’ sistema ta’ kontroll effettiva bil-għan li tiġi osservata din il-projbizzjoni”
1. Sajd - Konservazzjoni tar-riżorsi tal-baħar - Miżuri tekniċi ta’ konservazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 894/97, kif emendat bir-Regolament Nru 1239/98, Artikolu 11a) (ara l-punti 48-69)
2. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 76)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Politika komuni tas-sajd - Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93, tat-12 ta’ Ottubru 1993, li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 4, Vol 2, p. 70) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002, tal-20 ta’ Diċembru 2002, dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd - Approvazzjoni tat-tunnara mill-awtoritajiet nazzjonali minkejja l-projbizzjoni Komunitarja tal-għeżul tal-mitlaq ta’ tul superjuri jew ugwali għal 2.5 km - Nuqqas ta’ sistema ta’ kontroll effettiva bil-għan li tiġi osservata din il-projbizzjoni.
Dispożittiv
1) Billi naqset milli tikkontrolla, tispezzjoni u tissorvelja b’mod sodisfaċenti l-attività tas-sajd fir-rigward tal-projbizzjoni tal-għeżul tal-mitlaq għall-qbid ta’ ċerti speċi u billi ma ħaditx ħsieb li jittieħdu miżuri xierqa kontra l-persuni responsabbli għall-ksur tal-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam tal-użu tal-għeżul tal-mitlaq, ir-Repubblika Franċiża naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2 u 31(1) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93, tat-12 ta’ Ottubru 1993, li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2846/98, tas-17 ta’ Diċembru 1998, kif ukoll taħt l-Artikoli 23(1) u (2), 24 u 25(1) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002, tal-20 ta’ Diċembru 2002, dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd.
2) Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy